Ara l-Menu u Ordna Online
Ara l-Menu u Ordna Online
Ikel Malti. Bnin u Tradizzjonali.

Mintana – Ikel Malti Msajjar bill-Qalb f’Swieqi

Merħba ġewwa Mintana Swieqi – fejn noffru ikel Malti msajjar bil-qalb, bħalma kienet tagħmel in-Nanna. Minn minestra għal stuffat, kollox bil-fwejjaħ u l-imħabba.

L-Istorja ta’ Mintana

Mintana twieldet mill-imħabba lejn l-ikel Malti veru – ikel imsajjar bil-mod, kif kienet tagħmlu n-nanna. F’dinja mgħaġġla, għażilna li nieqfu ftit u nerġgħu nagħtu valur lill-platti tradizzjonali, magħmulin b’dedikazzjoni u ingredjenti friski.

Mingħajr Restaurant, B’mod Modern

Ma għandniex ristorant, u lanqas għandna bżonn. Ikel ta’ dari, bnin u san, kuljum sal-bieb tiegħek — sempliċi, onest, u mill-qalb.

Il-Fwieħa tal-Kċina ta’ Dari

Dak il-mument meta ixxomm ir-riħa tar-ross il-forn jew tal-bragjoli — u tkun taf li wasalt id-dar.

Ambjent Li Jħallik Tistrieħ

Kemm jekk għandek l-apptit għal stuffat, minestra, jew soppa tal-armla — Mintana ġġiblek l-ikel tal-qalb Malti sa biebek.

Il-Menu Tagħna.

Ikel Malti ta’ Veru.
Imsajjar bil-Mod.
Mimli Mħabba.

Kull platt hu magħmul b’ingredjenti friski u b’riċetti tradizzjonali li trabbejna bihom. Ikel li jġib memorji sbieħ u togħma li tħoss fil-qalb.

Stuffat Taċ-Ċanga
Laħam taċ-ċanga msajjar bill-karrotti, patata, tadam u basal
12.00
Majjal Il-Forn
Majjal taż-żaqq imsajjar bil-forn, mall-patata u l-basal
12.00
Fażola Bit-Tewm
Fażola bajda f’zalza ħafifa bit-tewm u l-ħabaq
9.00
Tiġieg Il-Forn
Koxxa tat-tiġieġ imsajjra fil-forn mal-patata u l-basal
12.00
Aljotta
Soppa bil-biċċiet tal-ħut frisk u pulpetti żgħar tal-ħut.
8.00
Stuffat Ta’ Qarnit
Qarnit frisk imsajjar fi stuffat rikk bil-karrotti u l-patata.
15.00
Kawlata
Soppa b’ħaxix staġjonali u biċċiet tal-bacon.
10.00
Braġjoli
Laħam irqiq tal-friża rrumblat u mimli mal-patata maxx.
13.00
Ikel tad-Dar

Platti Klassici Maltin li jġibu memorji sbieħ fuq kull mejda.

Għandna għażla magħmula b’reqqa ta’ riċetti li trabbejna magħhom – imsajrin bil-mod, bħalma kienu jagħmlu n-nanniet tagħna.

Testimonjali

X’Jgħidu Fuqna